Wara li riċentement ġiet imħabbra l-linja tal-ajru l-ġdida, l-Air Malta tixtieq tikkjarifika ċerti affarijiet dwar il-proċess tat-tranżizzjoni għal bookings fuq tijtjiriet fil-ġurnata tal-31 ta’ Marzu 2024 u wara.
Kif ġie spjegat waqt il-konferenza stampa tal-ġimgħa li għaddiet, klijenti li għandom fil-pussess tagħhom biljetti għat-titjira tagħhom fil-ġurnata tal-31 ta’ Marzu u wara jistgħu jibdew il-proċessi ta’ refund mill-bidu tal-1 ta’ Novembru 2023.
L-Air Malta ħabbret li għadha kemm għalqet is-sistema tar-riservazzjoni tagħha għal titjiriet mid-data tal-31 ta’ Marzu u wara.
L-Air Malta żiedet tassigura lill-klijenti li t-titjiriet skedati se jibqgħu fis-seħħ u l-biljetti se jibqgħu validi sad-data tat-30 ta’ Marzu 2024.
Mill-1 ta’ Diċembru 2023, il-klijenti ser ikunu jistgħu jibbukjaw it-tijiriet tagħhom mal-linja tal-ajru l-ġdida.