L-eleganza, il-versatilità, u l-impatt dejjiemi li ċ-ċeramika toffri, tinħass kemm mill- artist innifsu u kif ukoll mill-ispettatur.
It-tafal u n-nar huma t-tnejn bla żmien u dan huwa l-ispirtu wara l-eżibizzjoni ‘Ignis’, fejn it-tafal u n-nar f’idejn l-artisti joħolqu arti li fiha nnifisha hija wkoll bla żmien.
Il-wirja ‘Ignis’ li hija miftuħa bejn it-13 u s-27 t’Ottubru fil-gallerija tal-arti Art by the Seaside fl-Isla, hija esibizzjoni bejn żewġ artisti Deborah Marmara’ u Anna Miggiani u se tkun inawgurata minn Lawrence Pavia artist lokali rinomat.
Iċ-ċeramika hija mezz li iżżewweġ il-forma u l-istruttura, u din il-wirja se sservi bħala xhieda tad-diversità notevoli f’din it-tip ta’ arti.
L-eżibizzjoni ‘Ignis’ tgħaqqad żewġ artisti taċ-ċeramika. li għandhom l-għan li jesploraw u jisfidaw din l-arti antika, li tiġbor flimkien taħlita unika ta’ perspettivi u stili. Il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità li jinteraġixxu mal-artisti nfushom, u jiksbu għarfien dwar il-proċess kreattiv u l-ispirazzjonijiet tagħhom billi jiġi introdott għad-dinja kalejdoskopja taż-żewġ artisti.