Organizzati b’suċċess Mediterranean Weightlifting Cup u l-Malta International Open. Jumejn ta’ kompetizzjonijiet ta’ livell għoli fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera u li matulhom weightlifters maltin kisbu riżultati pożittivi.
Tenishia Thornton, Kim Camilleri Lagana’ u Rylee Borg irnexxielhom jirbħu l-midalja tad-deheb fil-kategoriji rispettivi.
Tenishia Thornton rebħet id-deheb fil-Kategorija Juniors u l-fidda fis-Seniors. Fil-Juniors hija kellha total ta’ 190kg u skor ta’ 252.77punt.
Min-naħa tiegħu Rylee Borg rebaħ id-deheb fil-Kategorija taż-Żgħażagħ b’total ta’ 246kg u 314.46 punt. Borg kiseb ukoll il-fidda fil-Malta Open Juniors.
Kim Camilleri Lagana’ rebħet id-deheb fil-Kategorija taż-Żgħażagħ. Hija kellha total ta’ 129kg u skor ta’ 214.92 punti. F’din il-kategorija Aaliyah Gatt spiċċat it-tielet.
Fil-Malta International Open Senior Team event, Malta spiċċat it-tieni. It-team kien kompost minn: Rylee Borg, Ryan Degiorgio, Luke Treeby Ward, Kim Camilleri Lagana, Aaliyah Gatt u Monica Swayne.
Fil-Mediterranean Cup Seniors Malta spiċċat fit-tielet post. Hawnhekk it-team kien kompost minn: Tenishia Thornton, Yazmin Zammit Stevens, Roberta Tabone, Anton Micallef, Vlad Baldacchino, u Shaun Ciantar.