Minn Las Vegas, Nevada l-Istati Uniti ddeċieda li jerġa’ jiġi jiċċelebra l-imħabba tiegħu f’pajjiżna, ħames snin wara li ddikjara l-imħabba u l-lealtà tiegħu f’pajjiżna stess.
Din hija l-ġrajja ta’ Eric Bonnici, li ħames snin wara li għażel li jiċċelebra l-imħabba tiegħu f’pajjiżna, reġa’ rritorna Malta biex jiċċelebra dan il-jum tant għażiż għallih flimkien mar-raġel tiegħu Alex.
Propju fil-jum tant għażiż għalihom, kellimniehom waqt okkażjoni speċjali li kellhom fil-post fejn ħames snin qabel, qalu lil xulxin is-Signor Si.
Hawn il-mistoqsija ġiet waħedha…kif iddeċidew li minn Las Vegas, jiġu jiżżewġu Malta?
Eric spjegalna li l-ewwel nett dan sar biex jonora lill-familja tiegħu, li kienet Maltija u li emigrat lejn l-Istati Uniti lura fl-elfa disa’ mija u tnejn u ħamsin u li illum il-ġurnata, sfortunatament, m’għadhomx magħna.
Barra minn hekk, innota l-passi ta’ ġgant li għamlet Malta fejn jidħlu drittijiet ugwali.
Għaldaqstant spjegalna kif f’Malta l-koppja sabu dar naturali.
Qalu, “5 years ago, we were married right here in this spot in Spinola Bay and when they passed the legislation, we were quite surprised but very happy because Malta is a very small country, very catholic. Being open to same-sex marriage knowing that love is just love and knowing that my parents where from here, we taught what better way to celebrate the LGBTIQ+ community.”
Għalkemm stennew li kienu se jkunu ftit nies biss li jattendu għall-ġurnata tant għażiża tagħhom f’pajjina, marru żmerċ mhux ħażin hekk kif aktar minn ħamsin persuna fosthom ħbieb u qraba qasmu l-oċean biex jiċċelebraw l-imħabba ta bejntihom.
Lil Eric u lil Alex saqsejnihom ukoll fuq il-passi ta’ ġgant li Malta għamlet fil-qasam tal-libertajiet ċivili, hekk kif introduċiet għadd sostanzjali ta’ liġijiet inklussivi.
Qalu, “Especially since Malta is the peace country of the entire world, they set the standards in my opinion so hopefully more and more countries as we have seen are following suit in Malta and soon there will be no more hate I hope, and love would be love.”
Huma qasmu magħna wkoll il-fatt li f’diversi pajjiżi madwar id-dinja, il-komunità LGBTIQ+ ma tistax tesprimi l-imħabba tagħha, għaliex inkella ma jiġux aċċetati.
Qalu, “What harm has it caused Malta. It caused no harm, if anything it has helped Malta. Love is love and who is to say who can love and who cannot love. So please, welcome us. Welcome everybody to love, nobody should be without love.”
U b’dak l-appell ħallejna lil Eric u Alex biex flimkien jiċċelebraw dan il-jum tant għażiż għalihom, il-jum li wegħdu li jħobbu lil xulxin sa mal-mewt tifridhom.