L-istazzjon ONE reġa’ hu l-aktar stazzjon televiżiv privat segwit skont l-aħħar stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir li ħareġ illum għax-xahar ta’ Lulju. ONE żamm udjenzi b’saħħithom wara l-istazzjon nazzjonali u kiseb 17.2%. Warajh ġew l-istazzjon NET, TVM Sport+ u stazzjonijiet privati oħra.
Il-bullettin tal-aħbarijiet ta’ ONE fis-7:30pm ukoll kiseb udjenzi b’saħħithom b’udjenzi li jaqbżu l-400,000 f’ġimgħa. Ir-rata ta’ udjenza ta’ ONE News tiżboq dik ta’ NET News skont l-aħħar stħarriġ. Dan apparti programmi bħal Pjazza u Kumplimenti li xxandru wkoll fl-iskeda tas-sajf kisbu udjenzi b’saħħithom u tniżżlu ma’ fost l-iktar programmi popolari.
ONE Radio wkoll rata ta’ udjenzi b’saħħitha ta’ 13.2% u jinsab ras imb’ras ma’ BAY Radio. L-aħbarijiet baqgħu l-aktar segwiti min-nies u aktar minn 88% tal-Maltin isegwu t-televiżjoni. Kważi żewġ terzi tal-Maltin jsegwu kemm stazzjonijiet lokali u barranin kif ukoll żewġ terzi tal-Maltin jisimgħu r-radju. Kważi 20% isegwu programmi online bi produzzjoni mmirata għand dan il-medium.