Bormla Subbuteo Club kellhom prestazzjoni mill-aqwa fil-Grand Prix tal-Ingilterra li ntlghab bejn is Sibt 7 u l-Ħadd 8 ta’ Ottubru, meta fi Flitwirk ir-Renju Unit huma rebhu tliet kategoriji: Open, Veterani u Timijiet.
Fl-Open kien il Belgjan ta’ Bormla Bessim Golger li rebah din il kategorija fejn fil-finali għeleb faċilment lit-taljan Gabriele Silveri 4-2.
Fil-Kategorija Veterani ir-rebħa marret għand Jason Pisani li għeleb lil Bob Varney tal-Ingilterra 1-0.
Fit-timijiet Bormla rebħu l-logħob kollu tal-grupp u baqgħu javvanzaw sabiex finalment fil-finali għelnbu lil lagħbu kontra Elstow tar-Renju Unit f’logħba li spiċċat 2-2 iżda l-bormliżi rebħu b’żewġ goals vantaġġ fil-ħin barrani. It-team kien kompost mill-plejers: Jason Pisani , Mauro Camilleri , John Zammit ,George Ebejer u l-belġjan Bessim Golger.
Il-kompetizzjoni li jmiss ghal Bormla issa se tkun l- ECSTFA Champions League f Eugies il-Belġju fl-aħħar ta’ Ottubru.
Grazzi tmur għal: VisitMalta, Exploremore, Sport Malta, Fondazzjoni Kottonera, Euro Club Hotel, Watson’s Pub, Mykonos by Yiamas u Cospicua Dynamos .