In-numru ta’ nies li nqatlu fil-kunflitt bejn l-Iżrael u l-Palestina qabeż l-elf persuna.
Kollox beda kmieni s-Sibt filgħodu, meta l-grupp militari Palestinjan, il-Hamas, bdew attakk fuq Iżrael, fejn saħansitra anke ħatfu xi nies.
Il-midja internazzjonali qed tirrapporta kif fis-sigħat li ġejjin in-numru tal-mejta mistenni jkompli tiela’ b’rata mgħaġġla ħafna, hekk kif fl-isptarijiet hemm mijiet ta’ nies midruba serjament.
Kelliema għall-Ġnus Magħquda qed jgħidu li f’Gaza biss, aktar minn 120,000 persuna kellhom jitilqu minn djarhom, b’nofshom qed ifittxu kenn fl-iskejjel.
Il-prezz taż-żejt baqa’ wkoll jgħola, wara li l-investituri qed iqisu li dan il-kunflitt se jibqa’ għaddej.
Ritratt: Reuters