Ninsab ħerqan u nistenna li t-tellieqa tkun sabiħa kif kienet fis-snin li għaddew.
Dan kien il-messaġġ li għadda l-Awstrijak Egon Hofer, li s-Sibt u l-Ħadd se jkun qiegħed jipparteċipa fl-Imdina Grand Prix b’vettura, li għandha ta’ storja rikka ħafna – Ferrari Dino 206 SP.
Hofer, mhux l-ewwel darba li ġie fostna, kif spjega ma’ crew ta’ dan l-istazzjon li żar l-Imdina Glass Style & Elegance fil-Marina di Valletta, b’antiċipazzjoni għall-Grand Prix fi tmiem il-ġimgħa.
“I am here for the sixth time in Malta, and I love every event. It is the end of the season, mostly the race cars are a little bit tired, but we came here. We have beautiful weather, have incredible gentle people and we have the surroundings and we’re going to have a very nice race. So, what could one ask for more.”
Egon Hofer – Se jipparteċipa fl-Imdina Grand Prix
Għalkemm Hofer se jkun qed jipparteċipa b’din il-Ferrari, fis-snin l-imgħoddija kien hawn ukoll b’Ferraris oħrajn minn epoki differenti.
Il-vettura li għażel għal din l-edizzjoni tmur lura għall-1966 u hi waħda speċjali hekk kif, minħabba strajk fl-Italja, flok saru ħamsin minn dan il-mudell spiċċaw inbnew biss sbatax, waħda minnhom din li tinsab f’pajjiżna għall-Grand Prix. Oriġinarjament dawn il-karozzi kienu nbnew biex itellqu f’serje ta’ tiġrijiet.
Hofer qasam magħna wkoll ftit dettalji tekniċi tal-karozza tiegħu u x’jagħmilha waħda aktar speċjali.
“Well, the car was actually built in 1966 and it was sold to America and raced its first races in the United States. Afterwards it came back to Europe. And about 25 years ago I’ve bought it. And the car has a 2-litre engine which was changed in 1968 directly in the Ferrari factory to a Formula 2 engine.”
Egon Hofer – Se jipparteċipa fl-Imdina Grand Prix
Dan ifisser li din il-vettura, b’magna li kienet tintuża fi tlielaq ta’ preġju bħat-Tasman Series u t-Temporada fl-Arġentina, tlaħħaq is-sebgħin horsepower aktar minn dik oriġinali.
Hofer ma naqasx ukoll li jsemmagħlna l-ħoss ta’ din il-vettura speċjali u partikolari.
Fit-tlielaq tal-Imdina Grand Prix, il-pateċipanti kollha, aktar minn ħamsin se jkunu qegħdin itellqu kontra l-ħin is-Sibt, waqt li l-għada, skont il-gruppi li jikkwalifikaw fihom, il-parteċipanti jtellqu flimkien.