Il-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Carmleo Abela attenda ċerimonja li matulha tniedew 23 karozza tal-Pulizija ġodda.
Dan f’pass ieħor fil-kontinwita’ ta’ għoti ta’ aktar għodod moderni lil Korp tal-Pulizija sabiex itejjeb is-sorveljanza fil-komunita’.
Fi kliem il-Ministru: “Qegħdin f’pożizzjoni li nsaħħu s-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit bi 23 karozza moderna, bid-direzzjoni tagħna tkun waħda ċara. Nagħtu prijorita’ lir-rondi fis-soċjeta’ għal iżjed prevenzjoni ta’ reati u sigurta’ fit-toroq”.
L-investiment jammonta għal €230,000 f’karozzi Ford Focus tal-aħħar mudell u kwalita’ li jiffurmaw parti minn investiment totali ta’ €400,000.
B’kollox inxtraw total ta’ 40 karozza, li huwa l-akbar numru ta’ karozzi f’daqqa li nxtraw għal użu tal-Pulizija fl-aħħar żminijiet.
Dawn il-karozzi kienu ġew utilizzati waqt iċ-CHOGM u l-Valletta Summit u fl-aħħar xhur ġew konvertiti minn karozzi domestiċi għal karozzi pulizjeski.
Biex dan seħħ, minn fondi nazzjonali ġew utilizzati €69,000 biex intramaw b’features bħal beacon lights, radios u aerials.
Il-Ministru spjega t-tqassim tal-karozzi: 17 fid-distretti, (2 ingħataw għax-xogħol f’Għawdex) u 23 minnhom ingħataw lis-sezzjoni tal-RIU. B’hekk hem żieda ta’ iżjed vetturi, għall-użu tas-sorveljanza interna kemm fejn jidħlu l-Pulizija tad-Distrett Malta u Għawdex u kemm fejn tidħol l-RIU.
Is-sezzjoni tal-RIU se tkun qed titla min-numru ta’ karozzi preżenti li għandha biex taqdi d-doveri tagħha – dak ta’ għaxar karozzi għal dak ta’ 23 karozza.
Il-Ministru spjega li qal 23 karozza u mhux 33 karozza, għaliex l-għaxar karozzi li għandna preżenti ser ikunu qegħdin jittieħdu mill-Pulizija tad-distretti, sabiex in-numru ta’ karozzi allokati fid-distretti ikompli tielgħa.
Il-messaġġ tal-Ministru kien ċar: “Irrid nara iżjed pulizija fit-toroq u inqas pulizija wara skrivaniji”.