Il-Ħamis filgħaxija minn din l-iskeda l-ġdida, se jibda jfisser divertiment fuq ONE. Danusan se jkunu qed imexxu programm ġdid mimli logħob, daħk u fuq kollox rigali. GRAN BAZAAR huwa programm ikkulurit bl-udjenza preżenti u li matulu s-segwaċi għandhom ukoll sehem dirett.
Apparti Daniel u Chrysander, waqt GRAN BAZAAR ser naraw bosta karattri nterpretati minn atturi u personalitajiet differenti, fosthom Pawla.
GRAN BAZAAR huwa ‘game-show’ naqra differenti għaliex apparti li Danusan ser jilgħabu l-logħob ma’ dawk preżenti fl-istudjo, għandu l-komiċita’. Interessanti l-fatt li jekk ir-rigal ma jintrebaħx fl-istudjo, dak il-ħin stess, xi ħadd mid-dar jista’ jirbaħ mal-programm.
GRAN BAZZAR jixxandar fit-8:35pm u m’għandux repetizzjoni.