Il-Malta International Fireworks Festival din is-sena se jsir bejn is-Sibt 22 ta’ April u l-Ħadd 30 ta’ April. Il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ħabbru li se jsir fi tliet positijet differenti fil-gżejjer Maltin; ix-Xagħra Għawdex, Marsaxlokk u l-Belt Valletta.
Kollox se jibda f’Għawdex nhar l-22 ta’ April. L-ispettaklu jkompli f’Marsaxlokk nhar it-28 t’April u l-gran finale jsir fil-Port il-Kbir nhar il-Ħadd 30 t’April. L-ispettaklu tal-għeluq din is-sena se jkun sepċjali, għax apparti li se jimmarka l-anniversarju ta’ meta Malta ssiebħet fl-Unjoni Ewropea, se jkun parti miċ-ċelebrazzjonijiet li jimmarkaw il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-mużika tal-għeluq se tkun tal-Orkestra Filarmonika u l-logħb tan-nar ta’ Pyroemotions u l-St Mary Firework Factory ta’ Ħal Għaxaq.