Il-Fondazzjoni Richmond qed tistieden organizzazzjonijiet u individwi minn kull qasam tal-ħajja biex, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali, li jaħbat fl-10 ta’ Ottubru, jorganizzaw attivitajiet sempliċi u ta’ ferħ li jduru man-numru 10.
Dawn l-attvitajiet ta’ 10 minuti jistgħu jinkludu sessjonijiet ta’ gym, meditazzjoni jew eżerċizzji tan-nifs fil-fond, miexja bejn il-ħbieb jew nota qasira u serena lilu nnifsu jew lil xi ħadd li jħobb.
Fl-istess ħin, ikunu solidali u jħeġġu lil ħaddieħor l-istess waqt li jgħinu b’kontribuzzjoni finanzjarja lir-Richmond Foundation.
Wieħed jista’ jikseb aktar informazzjoni billi jidħol fuq il-websajt uffiċjali https://www.richmond.org.mt/.
Id-donazzjonijiet se jgħinu lill-fondazzjoni biex tibqa’ tipprovdi terapija b’xejn lil dawk li għandhom bżonnha, iżda ma jifilħux iħallsu għaliha.