Żejtun huma ċ-champions tal-Kampjonat tat-2 Diviżjoni tal-Boċċi lokali hekk kif fil-finali tal-play off għar-rebħ tal-kampjonat għelbu lil Luqa bl-iskor ta’ 21-14. Il-finali kienet ikkontrollata mir-referee Dillon Abela assistiet minn Harold Galea. Fi tmiem il-finali saret il-preżentazzjoni mill-President tal-Federazzjoni Boċċi Clinton Saliba.
Iż-żewġ timijiet kisbu wkoll il-promozzjoni għall-kampjonat tal-1 Diviżjoni.
Promossi wkoll għall-1 Diviżjoni Thalassalejn li fil-finali għat-tielet post għelbu lil Bormla 21-9.
Intant nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Ottubru ssir il-finali għar-rebħ tal-Kampjonat tal-1 Diviżjoni bejn Għaxaq u Msida. Il-finali tintlagħab fil-pitch taż-Żurrieq u tibda fis-18:30.