Il-grupp heavy metal Maltija, Lord Adder, marru ċ- Ċina, fejn it-Tnejn 2 t’Ottubru ipparteċipaw u taw prestazzjoni mill-isbaħ fuq il-palk grandjuż tal-‘Midi Festival’.
Il Il-Midi Festival, imsemmi aħjar bħala “il-Woodstock tac- Ċina” huwa magħruf għat taħlita ta’ gruppi
lokali u internazzjonali.B’unur Lord Adder kellhom l-opportunità unika li jkunu parti minn dan ir-roster spettakolari.
Għal dan il-festival kien hemm preżenti udjenza ta’ aktar minn 30, 000 ruħ li lkoll għoġbiethom sew il-prestazzjoni ta’ 45 minuta set li nkluda l-kanzunetti kollha orġinali ta’ Lord Adder. Il-grupp irnexxielhom jirbħu l-qlub tas-segwaċi u l-udjenza kollha kemm taċ-Ċina u anke lil hinn.
Il-Membri tal-grupp, Mark, Ray u Robert jaslu lura Malta tard din il-ġimgħa u lesti biex ikomplu jaħdmu ghal iktar kunċerti u prestazzjonijiet mill-aqwa sabiex hekk jaqsmu l-muzika tagħhom ma’ kulħadd.
Wieħed jista’ jżomm ruħu aġġornat b’ dak kollu li jkun għaddej permezz tal-paġni uffiċċjali tagħhom fuq il-midja soċjali.