Illum it-Tlieta 3 t’Ottubru fit-8:35pm jirritorna AWLA, mmexxi minn Luke Dalli. Fl-ewwel programm ta’ din l-iskeda, AWLA se jiddiskuti s-saħħa mentali hekk kif il-pjaga tas-suwiċidju kibret. Is-saħħa mentali mhux neċessarjament nagħtuha importanza daqs dik fiżika u għalkemm l-għajnuna qedha hemm, mhux kulħadd komdu jfittixha speċjalment l-irġiel minħabba l-istigma soċjali.
Illum waqt AWLA nisimgħu l-istorja ta’ Ryan li għamel attentat ta’ suwiċidju diversi drabi. Niltaqgħu ma’ Mario Galea li wissewh ma jitkellimx fuq is-sitwazzjoni tiegħu. Natasha li ġarbet esperjenza ta’ suwiċidju mill-viċin ta’ individwu, flimkiem mal-esperjenzi ta’ Colette u Anton Grech.
Fil-programm se tixxandar intervista ma’ familja ta’ vittma tas-suwiċidju u l- uġiegħ li ġarbet.