Wara li t-Tnejn filgħaxija Valletta FC ħabbru li Thane Micallef ma’ kienx se jibqa’ jokkupa l-kariga ta’ kowċ ta’ Valletta FC, din il-paġa tista tikkonferma li Valletta għaddejjin b’ħidma qawwija sabiex jinsab is-suċċessur tal-stess Micallef immedjatament.
Il-wirjiet ta’ Valletta FC ma’ kienux negattivi madankollu t-tmexxija ta’ Valletta FC jidher li stenniet iżjed fl-ewwel erba konfronti.
Id-draw kontra Mosta tas-sibt filgħaxija kienet l-aħħar logħba għal Micallef fit-tmexxija ta’ Valletta hekk kif s’issa it-tim mill-kapitali rebaħ biss partita waħda minn erba, ġie draw fit-tnejn u tilef oħra biex l-ammont ta’ punti wara erba logħbiet huwa ta’ ħamsa.
Huma diversi l-kowċis li qed jissemmew li possibilment jieħdu post Micallef fit-tmexxija ta’ Valletta fosthom l-ex kowċ ta’ Floriana FC Gianluca Atzori, l-ex kowċ ta’ Sliema Wanderers FC u Hibernians FC Andrea Pisanu kif ukoll l-ex kowċ ta’ Floriana FC u Santa Lucia FC fost oħrajn, Vincenzo Potenza.
Din il-paġna tista tiżvela li Potenza huwa l-favorit li jieħu f’idu t-tmexxija ta’ Valletta FC hekk kif jidher fl-aħħar sigħat kien hemm diskussjonijiet bejn iż-żewġ naħat tant li jinsabu pass biss il-bod milli jintlaħaq ftehim uffiċjali. Għalkemm għadu mhux magħruf jekk it-Taljan jiffirmax sal-aħħar tal-istaġun jew iżjed, nifhmu li d-durazjoni tal-kuntratt mhux ħa tkun problema hekk kif iż-żewġ partijiet jidher li jixtiequ li jaħdmu flimkien.
Sadinitant, Juan Cruz Gill, l-assistent kowċ ta’ Valletta FC, se jkun qed jmexxi s-sessjonijiet ta’ taħriġ.
Valletta FC ikunu fl-azzjoni l-Ħadd 22 t’Ottubru kontra Marsaxlokk.