Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Malti Ian Borg attenda għal-laqgħa speċjali tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea, li saret f’Kyiv, l-Ukrajna.
Hawnhekk hu sostna li pajjiżna hu kommess li jibqa’ jagħti l-għajnuna u l-appoġġ lill-poplu Ukren.
Il-Ministru Borg spjega kif Malta dejjem uriet biċ-ċar li lesta tappoġġja lill-Ukreni b’kull mezz possibbli fil-parametri kostituzzjonali tagħha.
“Malta, għalkemm hi pajjiż militarment newtrali, ikkundannat sa mill-ewwel ġurnata ta’ din il-gwerra.”
Hawnhekk il-Ministru Borg tenna li pajjiżna qed jaħdem dwar dan fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda, waqt li għenet finanzjarjament fl-għajnuna umanitarja u mhux b’dik militari. Dan filwaqt li pajjiżna laqa’ Ukreni li ħarbu minn pajjiżhom minħabba din il-gwerra.
F’din il-laqgħa Malta kompliet turi l-appoġġ tagħha għall-kandidatura tal-Ukrajna fil-familja tal-Unjoni Ewropea.