Ali Ahmed Lano Saleh, wieħed miż-żewġ Libjani li jumejn qabel il-Milied tal-elfejn u sittax kienu ħatfu ajruplan tal-linja tal-ajru Libjana u niżżluh fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, intbagħat għaxar snin ħabs.
Il-Libjan, li għandu ħamsa u tletin sena, ġie wkoll immultat elfejn u ħames mitt ewro, waqt li ġiet ikkonfiskata kull proprjetà mobbli u immobbli tiegħu. Hu ġie ordnat ukoll iħallas l-ispejjeż tal-Qorti.
Quddiem l-Imħallef Aaron Bugeja, il-Libjan instab ħati li ħataf it-titjira fl-ispazju tal-ajru Libjan u ordna lill-bdot biex jinżel fil-mitjar Malti kważi seba’ snin ilu.
It-titjira kienet telqet minn Sabhā fil-Libja għall-kapitali Tripli u kellu fuqu mija u ħdax-il passiġġier u sitt membri tal-ekwipaġġ, iżda minflok, Ali Ahmed Lano Saleh u Soko Moussa Shaha Ali heddu li kienu se jisplodu l-ajruplan jekk jinżel il-Libja.
Lano Saleh ġie mixli wkoll li hedded lill-ekwipaġġ b’armi, li aktar tard irriżultaw li kienu foloz.
Dwar dan l-istess każ, Soko Moussa Shaha Ali kien ġie kkundannat 25 sena ħabs tliet snin ilu.