F’waħda mit-toroq ewlenin tar-Rabat tpinġiet zebra crossing roża, bħala parti mill-kampanja ta’ Pink October, li tul dan ix-xahar se tkompli twassal aktar għarfien dwar il-marda tal-kanċer.
Din l-inizjattiva ttieħdet bħala parti mill-kampanja Pink October u Movember, li jfakkru lin-nies dwar tipi ta’ kanċer differenti fin-nisa u fl-irġiel u kif għandhom jevitawhom jew jaqbduhom minn kmieni billi jiċċekkjaw lilhom infushom u jirrikorru għal tabib jekk iħossu xi sintomi.
Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, Michelle Muscat, saħqet fuq l-importanza ta’ din il-kampanja edukattiva li l-għan tagħha hu li teduka lill-poplu jagħmel testijiet regolari, jiċċekkja lilu nnifsu u l-bżonn li wieħed jiffaċċja l-biżgħa fuq affarijiet bħal dawn.
Għal din l-inizjattiva attenda wkoll is-Sindku tar-Rabat Sando Craus.