Il-Partit Laburista ġabar is-somma sabiħa ta’ €441,530 f’donazzjonijiet waqt Maratona Ġbir ta’ Fondi, li saret matul il-jum tal-Ħadd.
Din il-maratona saret fil-ġurnata tal-ftuħ tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburitsta, bit-tema ‘Insaħħu Malta Tagħna’ u l-bidu ta’ skeda ġdida tal-istazzjonijiet ONE.
Fl-għeluq ta’ din il-maratona, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela, flimkien mal-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista rringrazzjaw lil dawk kollha li kkontribwixxew f’din il-maratona.
Dr Abela tenna li din iċ-ċifra sabiħa se tkompli ssaħħaħ lill-Partit Laburista biex jibqa’ l-forza politika li ġġib fuq quddiem nett l-interessi tan-nies.