Irreaġixxa wkoll il-Ministru Ian Borg innifsu fejn sostna kif l-istorja li pprova jagħmel il-ġurnal Sunday Times of Malta turi biċ-ċar kif hu dejjem sema’ l-ilmenti tan-nies, huma min huma, u ħadem fuqhom.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa kompla jgħid kif anke kif juru l-istess messaġġi dejjem avża lill-Awtorita’ tat-Trasport biex tassisti fil-parametri tal-liġi.
Kif għamel il-Prim Ministru, irringrazzja wkoll lill-ħaddiema tas-Segretarjat tiegħu tal-assistenza li taw lil kull min kellimhom.
Huwa qal li se jibqgħu jsibu l-appoġġ tiegħu fil-ħidma tagħhom u ħeġġeġ biex bħala Gvern ikomplu jisimgħu u jaħdmu fuq l-ilmenti tan-nies sabiex dan jibqa’ jkun Gvern tan-nies.