Ruth Camilleri, ta’ tmienja u tletin sena mill-Mosta, ingħatat sentenza sospiża u multa wara li fil-Qorti ammettiet li heddet u ħebbet għall-Pulizija waqt li kienet fis-sakra.
Il-każ seħħ il-Ġimgħa fil-Belt, meta l-mara heddet erba’ uffiċjali tal-Pulizija u ħebbet għal Surġent mara, b’din tal-aħħar ġarrbet ġrieħi ħfief.
L-imputata ġiet mixlija wkoll li m’obdietx l-ordnijiet tal-Pulizija, kisret il-paċi pubblika, kienet fis-sakra u wettqet ħsara f’karozza tal-Pulizija.
Fil-Qorti ġie nnutat li l-mara kiene f’bar, sikret u ma riditx tmur id-dar meta seħħ l-inċident.
Wara li ammettiet l-akkużi miġjuba kontriha, il-mara ġiet ikkundannata sena ħabs sospiża għal tliet snin u mmultata erbat elef ewro.