Għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart ta’ waranofsinhar ingħata bidu għall-maratona ġbir ta’ fondi b’risq il-Partit Laburista bit-tema ‘Insaħħu Malta Tagħna’.
Il-maratona ġbir ta’ fondi infteħet mill-amministazzjoni tal-Partit Laburista fosthom id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit, Daniel Micallef, il-President tal-Partit Laburista, Ramona Attard, il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista u Deputat Parlamentari, Randolph Debattista, is-Segretarju Eżekuttiv, Catherine Fenech, is-Segretarju Organizzattiv, William Lewis u s-Segretarju Internazzjonali Marc Vella Bonnici, fost l-oħrajn. Preżenti kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari u Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista, Andy Ellul.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Randolph Debattista nnota li llum se tkun qed titnieda skeda ġdida fuq l-istazzjonijiet ONE li filwaqt li rringrazzja lill-ħaddiema ta’ ONE u b’hekk ħeġġeġ lil pubbliku jagħmel l-għotja tiegħu b’risq dan l-investiment.
Il-President tal-Partit Laburista, Ramona Attard, stqarret kif l-għan ta’ din il-maratona huwa li jkompli jitwassal il-messaġġ tal-Partit Laburista. Hija ħeġġet ukoll biex nhar il-Ħadd li ġej kulħadd jattendi għall-għeluq tal-Konferenza Ġenerali f’Dar il-Mediterran f’attività ndirizzata mill-Prim Ministru Robert Abela.
Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit, innota li din il-Konferenza Ġenerali u pari passu l-maratona ġbir ta’ fondi se jkunu qegħdin iħejju t-triq lejn żewġ appuntamenti politiċi importanti f’Ġunju li ġej fil-forma tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali.
Wieħed jista’ jagħti d-donazzjoni tiegħu b’mod personali fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista jew inkella permezz tan-numri hawn taħt.