It-tellieqa Fully Crewed Figure of 8 Race, ospitata mir-Royal Malta Yacth Club fit-tmiem il-ġimgħa li għaddiet kienet tellieqa eċċitanti, b’kundizzjonijiet tat-temp żiedu saffi ta’ adrenalina, soddisfazzjon u sfidi lill-ekwipaġġi li wrew ħila u determinazzjoni.
Il-flotta telqet mill-port ta’ Marsamxett lejn in-Nofsinhar akkumpanjata minn riħ mil-Lbiċ li kien qed jibni minn 17 sa 30 knot, u baqa’ jippersisti tul il-biċċa l-kbira tal-korsa. Flimkien ma’ dawn il-kundizzjonijiet il-flotta kellha tiffaċċja mewġ għoli daqs żewġ metri meta tasal Marsascala.
L-ewwel ħarġu mill-port kienu Miame Too ta’ Carlo Landwehr, segwiti mill-qrib minn Ton Ton Laferla Insurance ta’ Jonathan Gambin – friski minn sensiela ta’ rebbieħa konsistenti ħafna matul is-Serje Twilight tal-Club. Vivace ta’ Matthew Gabriele ipprova joħroġ mill-viċin iżda vvatt qrib il-breakwater ta’ Valletta rawh jiġru wara Ton Ton fit-tentattiv li jnaqqas id-distakk bejn l-ewwel żewġ dgħajjes.
Sadanittant Miame Too marru fil-vantaġġ, u hekk kif resqu qrib iċ-Ċirkewwa r-riħ beda jonqos u jċaqlaq lejn il-punent kostanti sakemm wasal San Dimitri Point f’Għawdex.
Hemmhekk ir-riħ mill-majjistral kien qed jolqot il-flotta, kif ukoll mewġ kbir li kien l-effett tar-riħ li ftit qabel kienn mill-Lbiċ. Il-kundizzjonijiet tar-riħ raw l-flotta jtellqu f’madwar 30 mil nawtiku fis-siegħa.
L-eċċitament ma kienx bla ħsarat, speċjalment għal Ton Ton Laferla, li kellhom ksur fil-bowsprit qrib ix-Xlendi. Iżda minkejja dan, flok irtiraw, huma komplew bit-tellieqa tagħhom.
L-ewwel jott li spiċċa t-tellieqa kienet Miame Too, li rreġistrat ħin ta’ 8 sigħat 3 minuti u 48 sekonda. Dan il-ħin fisser li r-rekord tat-tellieqa, li kien stabbilit l minn Artie III fl-2022, hu wieħed ġdid b’distakk ta’siegħa 27 minuta.
Wara l-korrezzjoni tal-ħin, kien Ton Ton Laferla ta’ Jonathan Gambin li ħareġ rebbieħ tat-tellieqa, segwit minn Vivace ta’ Matthew Gabriele u Miame Too. Interessanti hu l-fatt li l-ewwel tliet dgħajjes li spiċċaw fuq il-podju, wara ħin ikkoreġut, kollha għelbu r-rekord tas-sena l-oħra.
Fl-4 ta’ Ottubru se ssir serata ta’ l-Għoti tal-Premjijiet fir-Royal Malta Yacht Club.