Anzjan ta’ 77 sena jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li hu u anzjana ta’ 72 sena, it-tnejn mir-Rabat, Għawdex waqgħu fi stabbiliment fi Triq ir-Repubblika, ir-Rabat, Għawdex.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħdax neqsin kwart ta’ dalgħodu, meta għal xi raġuni l-mara tilfet il-bilanċ waqt li kienet fuq escalator bil-konsegwenza li waqgħet lura fuq ir-raġel, li min-naħa tiegħu wara’ u ħabat rasu.
Fuq il-post marru l-Pulizija, flimkien ma’ tim mediku, li ħadu ż-żewġ anzjani l-isptar.
L-anzjana ġiet iċċertifikata li weġġgħet ħafif.
Il-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.