“Flimkien nistgħu nsolvu l-isfidi komuni tagħna l-pajjiżi Ewropej.”
Iddikjara dan il-Prim Ministru Malti Robert Abela meta flimkien ma’ tmien mexxejja oħra Ewropej, li jiffurmaw il-grupp magħruf bħala l-MED9, indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet fil-pjazza quddiem il-Katidral tal-Imdina.
Aktar qabel, taħt saqaf wieħed fil-Berġa ta’ Kastilja, f’żewġ laqgħat differenti, dawn iddiskutew bosta temi, fosthom l-isfida tal-migrazzjoni.
Preżenti għal waħda mid-diskussjonijiet kien hemm ukoll il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola von der Leyen u l-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel.
Quddiem għexieren ta’ ġurnalisti lokali u internazzjonali, il-Prim Ministru Robert Abela nnota s-sentiment komuni espress mid-disa’ pajjiżi li l-Mexxejja tagħhom iltaqgħu f’Malta dwar l-immigrazzjoni.
Dr Abela sostna kif ir-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq għandhom jerġgħu jiġu stabbiliti mill-ġdid, biex jitjiebu r-relazzjonijiet u jmorru lil hinn minn għajnuna umanitarja.
Qal “As the MED9 nations we believe that EU-Southern Mediterranean relations need a reset. We will continue to work together to ensure that our southern neighbourhood remains high on the Union’s agenda. To advocate for that relationship to go beyond aid. And instead help empower our southern neighbours to invest in skills so they can tap into the tech revolution and develop their own economies to their full potential. This must be a tailored approach. Clearly irregular migration flows from the southern Mediterranean impact the whole of Europe. Tackling these flows is a priority for governments across our continent.”
Biswit mexxejja ta’ wħud mill-akbar pajjiżi Ewropej, fosthom il-Prim Ministru Taljana Giorgia Meloni u l-President Franċiż Emanuel Macron, il-Prim Ministru Malti tkellem ukoll fuq dak li hu mistenni fil-ġejjieni għall-Unjoni Ewropea.
Hawnhekk Dr Abela semma kif fid-dawl tal-aħħar avvenimenti klimatiċi b’mod partikolari fil-pajjiżi li jmissu mal-Mediterran, il-politika b’rabta mat-tibdil fil-klima tibqa’ prijorità. Dr Abela qal li jinsab kburi li aktar kmieni dawn id-disa’ pajjiżi iffirmaw id-Dikjarazzjoni ta’ Malta bil-għan li l-Mediterran jsir hub ta’ enerġija ħadra.
Il-Prim Ministru nnota wkoll is-solidarjetà ta’ Malta mal-poplu Libjan u Marrokkin wara li dan is-sajf sofrew minn avvenimenti klimatiċi katastrofiċi.
Paripassu mal-qalba ambjentali, il-Prim Ministru semma wkoll l-qalba diġitali għall-ġejjieni.
Qal “Climate and the technological revolution are the most fundamental changes our societies face. At times the pace of that change can seem overwhelming. Citizens can feel a sense of loss of control. That’s why I am determined that we can and must ‘get the future right’.”
Fid-diskors tiegħu Robert Abela tkellem ukoll dwar il-ħtieġa li l-pajjiżi tal-Mediterran jiksbu mediċini bi prezz ġust, u ħeġġeġ biex tkompli ssir ħidma b’risq l-Att dwar il-Mediċini Kritiċi u x-xogħol tal-Kummissjoni Ewropea b’rabta mal-Pakkett ta’ Riforma fil-Farmaċewtika.
Ill-Prim Ministru Malti għalaq id-diskors tiegħu fl-Imdina billi ħares lejn il-futur, fejn iddikjara li jridu jibqgħu jittieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa.
Qal“As the saying goes, the future is coming. Like any change that can be a scary prospect. But the answer isn’t to turn the clock back. Nor to throw up our hands in a vain attempt to try and hold off change. The answer must be to take the decisions that can ensure we get the future right. I’m confident the decisions we have taken here today do just that. I look forward to seeing just how much progress we have made when we gather next in Cyprus in 2024.”