Inħossuna onorati li l-President tal-Kummissjoni Ewropa Ursula Von Der Leyen żaret l-iskola tagħna.
Qalet dan il-Kap tal-Iskola Primarja tan-Nadur, Mary Jane Camilleri, f’kollegament mal-ġurnalist Stefan Bajada fil-programm speċjali li qed jixxandar fuq ONE fil-jum tas-summit tal-MED 9, wara li l-President tal-Kummissjoni Ewropa żaret l-investiment multi-miljunarju li sar fuq il-post.
L-investiment ilaħħaq is-€6.3 miljun u għalih hemm fondi taħt il-programm NextGenerationEU permezz tal-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza ta’ Malta.
Il-Kap tal-Iskola spjegat li l-President tal-Kummissjoni Ewropea ngħatat merħba sabiħa u eċċitanti mill-istudenti u l-edukaturi tal-iskola u għarfet id-dedikazzjoni tagħhom.
Mary Jane Camilleri nnotat li hi grata għax-xogħlijiet li qed isiru f’din l-iskola, fejn qalet li l-klassijiet huma lesti biex l-istudenti qegħdin kollha komdi u jgawdu minn tagħlim tal-ogħla livell possibbli.