L-President tal-Kummissjoni Ewropea, flimkien mal-Prim Ministru Malti Robert Abela kienu ġewwa Għawdex, fejn żaru l-investiment multi-miljunarju fl-Iskola Primarja tan-Nadur.
L-investiment ilaħħaq is-€6.3 miljun, u għalih hemm fondi taħt il-Programmi NextGenerationEU permezz tal-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza ta’ Malta.
Apparti t-tisbiħ komplet tal-iskola minn ġewwa u minn barra, il-proġett jinkludi d-disinn mill-ġdid tal-ispazji miftuħa u rikreattivi, kif ukoll il-ħolqien ta’ spazji ġodda għat-tagħlim ta’ suġġetti ekstra-kurrikulari, fosthom dance studio, music room, literacy room, theatre studio, u klassijiet għall-arti.
Dan l-investiment f’infrastruttura edukattiva jikkumplimenta dak li għaddej bħalissa fil-qalba tal-Belt Victoria, fejn hemmek qed tinbena skola primarja ġdida tal-ogħla livell.
Il-President tal-KE ġiet milqugħha mill-Kap tal-Iskola Mary Jane Camilleri u bosta studenti li se jkunu qed igawdu minn dan l-investiment mill-isbaħ.