Residenti ta’ villaġġ Ċiniż kienu maħsuda bi kbir meta sabu tifla tibki abbandunata f’ċimiterju. It-tifla għandha setejn u kienet marbuta ma’ xitel tal-bamboo meta nstabet. Apparentement il-ġenituri tat-tifla iddivorzjaw. Hu mifhum li missierha abbandunaha apposta biex ommha tibda tagħti kasu u tikkonsidra terġa’ tkun miegħu mill-ġdid.
It-tifla kienet fiċ-ċimiterju tal-villaġġ bl-isem ta’ Lifu, f’Sichuan. Persuni rrakkontaw li semgħu l-biki ġej miċ-ċimiterju u aktar tard sabu lit-tifla tterter bil-bard, tant li wiċċha laħaq sar vjola. Kien it-28 ta’ Jannar, jum l-ewwel tas-sena għaċ-Ċiniżi, li bilkemm riedu jemmnu li tħalliet waħedha f’dawk iċ-ċikrostanzi f’dak il-jum. Ma’ darha kellha tabella tgħid li isimha Dian Dian u li hija bint mara li jisimha Wang.
Hawn jidher resident jiddeskrivi fejn instabet.
Skont il-Pulizija, missier Dian Dian, li kunjomu Luo, ħalla lit-tifla ħdejn il-qabar ta’ nannitha. Il-Pulizija ċemplet lill-omm Dian Dian, li marret tiġborha mill-għassa.