Matul il-lejl, wasal f’pajjiżna l-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel.
Huwa ġie milqugħ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, Ian Borg.
Il-President tal-Kunsill Ewropew qiegħed f’pajjiżna għal-laqgħa tal-MED 9, li se ssir illum.
Charles Michel, eks Prim Ministru tal-Belġju, żar ukoll pajjiżna fis-Summit informali tal-Kunsill Ewropew fil-bidu ta’ Frar tal-2017. Dan meta pajjiżna kellu għall-ewwel darba l-Presidenza tal-Kunsill Ewropew, fl-ewwel sitt xhur ta’ dik is-sena.
Michel diġà wkoll żar pajjiżna bħala l-President tal-Kunsill Ewropew, f’Settembru tal-2020. Hawnhekk kellu laqgħat mal-Prim Ministru Robert Abela fil-Berġa ta’ Kastilja.