Il-Qorti, ippreseduta mill-Imħallef Edwina Grima, ċaħdet mill-ġdida t-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Roderick Cassar, li jinsab mixli bil-qtil ta’ martu Bernice f’Novembru li għadda.
Din mhux l-ewwel darba li Cassar ressaq talba għall-ħelsien mill-arrest hekk kif seħħ lura f’Mejju u f’Settembru li għadda, bil-Qorti tiċħadhom kull darba.
L-Imħallef Grima stqarret li ma nbidel xejn minn Settembru ’l hawn, minħabba li l-akkużat mhux joffri garanzija meħtieġa biex tintlaqa’ t-talba tiegħu.
L-Imħallef Grima żiedet li Cassar għadu maħkum mill-istess problemi emottivi li kellu meta ġie arrestat, minkejja li ilu kważi sena miżmum taħt arrest preventiv.
Fl-isond tal-gravità tar-reat, li Cassar jinsab mixli bih u anke għax l-akkużat mhux affidabbli, il-Qorti sostniet li mhemmx serħan tal-moħħ li, jekk jingħata l-ħelsien mill-arrest, ma jkunx hemm repetizzjoni ta’ offiżi, aktar u aktar, meta diġà kien kiser ordni ta’ protezzjoni.