Minħabba azzjoni ta’ strajk nazzjonali li affetwat l-ivvjaġġar bl-ajru madwar l-Italja nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Settembru, l-Air Malta ġiet imġiegħla tikkanċella t-titjira KM624/625 Malta għal Linate u minn Linate għal Malta, il-Ġimgħa 29 ta’ Settembru. L-Air Malta tixtieq ukoll tavża lill-klijienti tagħha li l-ħinijiet lokali għat-titjiriet lejn l-Italja nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Settembru 2023 inbidlu kif ġej:
KM612 minn Malta għal Ruma Fiumicino issa se jitlaq fis-07:00hrs KM613 minn Ruma Fiumicino issa se jitlaq fid-09:30 hrs
KM674 minn Malta għal Napli issa ser jitlaq fl-16:50 hrs
KM75 minn Napli għal Malta issa se jitlaq fis-18:55
KM614 minn Malta għal Ruma Fiumicino issa ser jitlaq fis-18:15 hrs
KM615 minn Ruma għal Malta issa ser jitlaq fit-20:30
KM3642 minn Malta għal Katanja issa ser jitlaq fil-23:25hrs
KM3643 minn Catania għal Malta issa ser jitlaq 00:50hrs (ħin lokali fit 30 ta’ Settembru)
KM3662 minn Malta għal Palermo issa ser jitlaq fil-23:20hrs
KM3663 minn Palermo għal Malta issa ser jitlaq f’00:55hrs (ħin lokali fit-30 ta’ Settembru)
Klijenti bbukkjati fuq dawn it-titjiriet se jkunu jistgħu jerġgħu jibbukkjaw biex jivvjaġġaw fuq titjira alternattiva billi jikkuntattjaw lill-Customer Service Centre tal-Air Malta fuq +356 21662211 jew jirċievu rifużjoni sħiħa tal-biljetti billi jibgħatu emil fuq refundrequest@airmalta.com. Għal kwalunkwe titjira bbukjata permezz ta’ aġent tal-ivvjaġġar tagħom li jista’ jissottometti talba għal rifużjoni f’isimhom.L-Air Malta jiddispjaċiha għal kull inkonvinjent ikkawżat li huwa kompletament lil hinn mill-kontroll tal-ajru.