Seba’ ġimgħat biss wara l-bidu tagħha, il-Presidenza Maltija, laħqet ftehim mal-Kunsill għall-Affarijiet Finanzjarji u Ekonomiċi fi Brussell, l-Ecofin, biex tkun ikkompilata lista ta’ pajjiżi terzi li ma jikkoperawx mal-liġijiet Ewropej dwar l-evażjoni tat-taxxa u ħasil ta’ flus, bil-għan li dawn ikunu esklużi.
Il-ftehim li qed jissejjaħ Anti-Tax Avoidance, ATAD II, huwa prova ċara ta’ kemm pajjiżna huwa kommess li jiġġieled il-fenomenu tal-evażjoni tat-taxxa. B’Hekk, kwalunkwe allegazzjoni li pajjiżna qed ikaxkar saqajh biex jilħaq dan il-ftehim mal-Ewropa kienet falza.
Dan il-ftehim tmexxa mill-Ministru Edward Scilcuna, u huwa l-iktar wieħed riċenti minn għadd ta’ miżuri li ttieħdu bil-għan li titwaqqaf l-evażjoni tat-taxxa f’kumpaniji b’bażi differenti, li tista tkun detriment għall-bażi tas-sistema tat-taxxa f’pajjiżi Ewropej.
Ir-reazzjoni tal-Ministru Edward Scicluna