Illum, għall-ħabta tal-ħdax nieqes kwart ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm intlemaħ katavru fil-baħar fl-inħawi ta’ taħt il-Park tax-Xrobb l-Għaġin f’Delimara, limiti ta’ Marsaxlokk.
Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija minnufih talbet l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta li minn naħa tagħhom marru fuq il-post u tellgħu l-katavru permezz ta’ ħelikopter.
Minn investigazzjonijiet li saru, irriżulta li l-ġisem x’aktarx huwa ta’ mara però sa issa għadha mhix identifikata. Il-vittma kienet liebsa ħwejjeġ tal-isports fiżiku.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Zammit ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li mistennija ssir awtopsja fuq il-kadavru sabiex tiġi stabbilità l-kawża tal-mewt.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.