It-tim nazzjonali Malti tan-nisa, t-Tlieta filgħaxija, kien impenjat f’partita oħra minn Grupp C1 tal-UEFA Nations League fejn fic-Centenary Stadium Malta rebħet 2 – 0 kontra l-Maldova biex b’hekk ġiet reġistrata t-tieni rebħa minn daqstant partiti fil-grupp.
Iż-żewġ gowls tal-Maltin waslu fit-tieni taqsima grazzi għal attakant ta’ Inter Haley Bugeja.
Kelna nistennew ftit aktar minn nofs siegħa logħob biex assistejna għal ewwel azzjoni perikoluża meta konklużjoni ta’ Nicole Sciberras għaddiet barra.
Fil-35 minuta Haley Bugeja kella xutt fil-baxx li ġie salvat minn Bojenco fil-lasti tal-Moldova.
Erba minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, fl-ewwel u l-uniku azzjoni mill-Moldova, għal ftit ma’ infetaħx l-iskor hekk kif Tabor approfitat minn żball tal-goalkeeper Janice Xuereb iżda eventwalment id-difiża Maltija rnexxila tikkontrolla s-sitwazzjoni.
Mal-bidu tat-tieni taqisma, Malta fetħet l-iskor meta Brenda Borg provdit u Haley Bugeja irnexxila ssib ix-xibka avversarja għal 1 – 0.
Ir-reazzjoni tal-Maldova ma’ waslitx anzi kienet Malta li skorjat it-tieni gowl fil-58 minuta hekk kif mill-ġdid kienet Bugeja li approfitat minn indeċiżjoni fid-difiża avversarja qabel mad-depożitat il-ballun fix-xibka għal 2 – 0.
Referee: Michaela Pachtova
Ritratt: MFA