Il-President’s Trust iffirmat memorandum of understanding flimkien ma’ disa’ kumpaniji li jappoġġjaw il-viżjoni ta’ dan it-Trust bl-għan li jingħata appoġġ lil żgħażagħ li għandhom bżonn aktar għajnuna f’dak li għandu x’jaqsam mat-taħriġ u x-xogħol.
Dan ifisser li Playmobil Malta Ltd, PG Group, Farsons Group, Camilleri Group of Companies, The Convenience Shops, Casa Antonia Ltd, James Caterers, Maypole u Costa Coffee se jkunu qed joffru taħriġ prattiku fuq il-post tax-xogħol kif ukoll kuntratt tax-xogħol lil dawn iż-żgħażagħ.
Id-Direttur tal-President’s Trust, Sarah Borda Bondin, qalet li huma jemmnu li kull żagħżugħ u żagħżugħa għandu l-kwalitajiet neċċessarji biex jiġi rikonoxxut, żviluppat u użat tajjeb. Hija spjegat li l-President’s Trust qed titlob lil dawn il-kumpaniji biex jaħdmu magħha sakemm il-persuna ssib saqajha.
Il-parteċipanti ta’ dan il-proġett huma offruti l-appoġġ ta’ mentor adult, volontie, li jkun imħarreġ mill-President Trust biex jibni relazzjoni professjonali maż-żagħżugħ u jkun ta’ gwida u ta’ kuntatt matul dan il-proċess.