Dalgħodu, għall-ħabta tal-għaxra u kwart , il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 45 sena residenti l-Mellieħa ġarrab xi ġrieħi meta intlaqat minn Kia Ceed misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti l-Ħamrun.
Huwa ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar Mater Dei permezz t’ambulanza
fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.