Il-media Taljana dalgħodu kkonfermat il-mewt ta’ Matteo Messina Denaro, li huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar Mafjużi perikolużi.
Huwa kellu 61 sena, u miet kawża ta’ kanċer fl-imsaren.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Wara 30 sena maħrub, Denaro kien arrestat f’Jannar li għadda meta mar fi klinika biex jieħu l-kura għall-kanċer.
F’Settembru li għadda, Matteo Messina Denaro kien waqa’ f’koma.
Fit-testment tiegħu, Denaro qal li ma riedx funeral reliġjuż.