Max Verstappen rebaħ il-Grand Prix tal-Ġappun filwaqt li t-team tiegħu Red Bull rebaħ il-Kampjonat tal-Kostrutturi. Għal Verstappen dik tal-lum kienet it-tlettax-il rebħa din is-sena.
Verstappen ġie segwiet mis-sewwieqa ta’ McLaren Lando Norris u Oscar Piastri filwaqt li Charles Leclerc fuq Ferrari daħal ir-raba’. Segwa Lewis Hamilton fil-ħames post u Carlos Sainz fis-sitt pożizzjoni. Ta’ nota li s-sewwieq l-ieħor ta’ Red Bull Sergio Perez kellu jirtira mit-tellieqa.
Grazzi għall-ewwel post ta’ Verstappen, it-team Red Bull rebaħ it-titlu tal-Kostrutturi sitt Grand Prix mit-tmiem. Għar-Red Bull dan kien is-sitt titlu fl-istorja.
Bir-rebħa tal-lum Verstappen saħħaħ il-vantaġġ tiegħu f’ras il-klassifika tas-sewwieqa meta issa għandu total ta’ 400 punt. Isegwi Sergio Perez b’223 filwaqt li Lewis Hamilton għandu 190punt. B’hekk Verstappen jista’ jirbaħ it-titlu tas-sewwieqa fil-Grand Prix li jmiss dak tal-Qatar fit-8 ta’ Ottubru.
Ritratt: Getty Images