Pasqualino Cefai kien ikkundannat tliet xhur ħabs wara li l-Qorti tal-Appell instab ħati li għamel attentat vjolenti fuq il-pudur ta’ tfajla Ingliża. Din mhux l-ewwel darba li Cefai xellef difrejgħ mal-Qorti hekk kif kien ikkundannat sentejn u nofs ħabs talli hedded Maġistrat u seba’ snin ħabs wara li ta daqqiet ta’ sikkina lil persuna.
L-attentat fuq it-tfajla seħħ fl-20 ta’ Mejju fl-2010 wara li offra li jwassal bil-karozza tiegħu
lil Marie-Christine Dunlop minn bar f’Marsalforn.It-tfajla kienet marret l-għassa tar-Rabat Għawdex, imbikkma u għamlet rapport li r-raġel, li hi ma kinitx taf, immolesta sesswalment. Hija kienet qalet lil Pulizija li Cefai beda jmissha b’mod intimu u jbusha minkejja li hi rrifjutat.Kienet id-deskrizzjoni li t-tfajla tat lil Pulizija li wasslet biex jinstab Cefai li kien ametta li rikkeb
lit-tfajla fil-karozza u li kienet anke rremmettiet iżda ċaħad l-akkużi li kien messha. Fil-Qorti ntqal
li ma kienu nstabu ebda sinjali viżibbli ta’ vjolenza.
L-ewwel Qorti kienet illiberat lil Pasqualino mill-akkużi miġjuba kontrih hekk kif
fi kliem il-Qorti kien hemm verżjonijiet differenti u l-effett tal-alkoħol fuq persuna jwassal biex ma tagħmilx deċiżjonijiet abbażi ta’ raġuni.
Kien il-Qorti tal-Appell, wara l-appell li sar mill-Avukat Ġenerali li ddeċidiet li kienet saret analiżi
żbaljata tal-provi.
Il-Qorti tal-Appell qalet li l-verżjoni ta’ Dunlop kienet konsistenti u li x-xhieda ta’ sid il-bar
kien ta lil Pulizija li Cefai meta rritorna fil-bar qallu li “ma ħallitnix.”
Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti kkundannat lil Cefai tliet xhur ħabs wara li kkunsidrat li
Cefai approfitta ruħu mis-sitwazzjoni.