Il-kantanta Maltija Cherylis se tkun qiegħda tniedi kanzunetta ġdida bl-isem ta’ Ngħożż, fuq kliem ta’ Emil Calleja Bayliss, mużika ta’ Philip Vella u produzzjoni tal-istess Philip Vella u ibnu Sean Vella.
Cherylis tiddeskrivi din il-kanzunetta bħala waħda ‘differenti minn tas-soltu’.
Il-kanzunetta titratta dwar id-diversi emozzjonijiet sbieħ li ġġib magħha l-imħabba.’
Il-vidjow tal-lirika ta’ din il-kanzunetta maħdum barra minn Malta, b’dehra viżiva lil-lirika permezz ta’ tpinġijiet magħmula bl-idejn.
Il-vidjow se jkun disponibbi fuq il-midja soċjali ta’ Cherylis, kif ukoll fuq YouTube fil-jiem li ġejjin.
Ngħożż hija disponibbli biex tindaqq jew tinxtara fuq il-pjattaformi ewlenin tal-mużika diġitali fosthom: Spotify, Deezer, Google Play, Amazon and iTunes.