Għaddejjin l-aħħar preparamenti għall-ispettaklu tal-avjazzjoni, fuq il-medda tiegħu fuq jumejn, il-Malta International Airshow.
Se jingħata bidu permezz ta’ spettaklu statiku fl-Ajruport ta’ Ħal Luqa, filwaqt li jilħaq il-qofol tiegħu max-xarr tal-Qawra, f’San Pawl.
Dan l-avveniment se jara s-sehem tat-tim nazzjonali Żvizzeru tal-wiri tal-ajru Patrouille Suisse, kif ukoll il-Flying Bulls Display u r-Red Arrows li mistennija jkunu l-attrazzjoni ewlenija għal din is-sena.
Dawn id-dettalji tħabbru mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo, fil-preżenza taċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia, u l-President tal-Malta Aviation Society Massimo Farrugia.
Il-Ministru Clayton Bartolo rrimarka li l-Malta International Airshow minn dejjem kienet popolari kemm mad-dilettanti tal-avjazzjoni Maltin kif ukoll mat-turisti li jiġu jżuru pajjiżna matul ix-xahar ta’ Settembru.
“Dan l-airshow huwa timbru li juri kif l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qiegħda tassisti u tinċentiva varjetà ta’ avvenimenti li huma immirati li jolqtu kull tip ta’ faxxa u età b’mod ġenerali.”
Il-Ministru Clayton Bartolo