Ħabta bejn karozza Nissan Almera misjuqa raġel ta’ 47 sena u mutur Kawasaki misjuq minn raġel ta’ 37 sena, ħalliet lix-xufier tal-mutur, bi ġrieħi gravi.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħodu, fi Triq il-Mina ta’ Hompesch, f’Ħaż-Żabbar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Iż-żewġ persuni huma residenti Ħaż-Żabbar stess.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa,
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.