Illum, għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar (1300hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza fil-Bajja ta’ San Tumas, f’Wied il-Għajn.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ -preliminari rriżulta li mara ta’ 71 sena residenti ż-Żejtun sabet ruħha f’diffikultà fil-baħar. Persuni li kienu fil-qrib assistew lill-mara u tellawa l-art.
Membri tas-Soċjeta tas-Salib l-Aħmar flimkien ma’ tim mediku taw l-assistenza minnufih u ttieħdet l-Isptar Mater Dei. Sfortunatament, il-mara kienet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.