Fl-2016 saru 821 operazzjoni tal-bdil tal-irkoppa, imħallsa mill-Gvern. Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament, mill-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said.
Il-Ministru Fearne qal li matul is-sena li għaddiet, 2016, komplew jiżdiedu n-numru ta’ operazzjonijiet ta’ bdil tal-irkoppa.
“Apparti li komplew isiru n-knee replacments f’Mater Dei, dan il-Gvern għamel arranġamenti ma sptarijiet privati sabiex minn April tas-sena li għaddiet, kien hemm pazjenti li din l-operazzjoni saritilhom fi sptar privat imħallsa mill-Gvern,” qal il-Ministru Fearne.
B’kollox matul is-sena li għaddiet saru 821 operazzjoni tal-bdil tal-irkoppa, fosthom 403 pazjenti kienu ilhom jistennew aktar minn sena.