Uffiċjal tal-Pulizija fin-Nofsinhar ta’ Londra ġie mixli bil-qtil ta’ Chris Kaba, ta’ 24 sena, permezz ta’ tir ta’ arma tan-nar fil-5 ta’ Settembru tas-sena l-oħra.
Il-każ seħħ meta l-vittma, li kien qed jiġi segwit minn vettura tal-Pulizija underover, spiċċa jaħbat f’karozza oħra tal-Pulizija, bix-xufier tat-tieni vettura tal-Pulizija jispara tir lejn il-vittma, fejn intlaqat f’rasu u miet l-għada.
Irriżulta li l-vettura, li kien qed isuq Kaba, ma kinitx tiegħu u kienet involuta f’inċident preċedenti ta’ sparar mal-Pulizija.
L-uffiċjal tal-Pulizija akkużat, li ismu għadu ma tħabbarx, mistenni jitressaq fil-Qorti fil-jum tal-Ħamis.