Erbgħa u għoxrin siegħa wara li l-Armata Ażerbajġana bdiet offensiva fir-reġjun ta’ Nagorno-Karabakh, il-forzi etniċi Armeni qablu ma waqfien mill-ġlied fuq termini stabbiliti mir-Russja.
Waħda mit-talbiet ewlenin jinkludu li l-forzi ta’ Karabakh, jaċċettaw il-proposta li jċedu l-armi kollha.
Madwar 120,000 Armen jgħixu f’din iż-żona, li hi meqjusa globalment bħala parti mill-Ażerbajġan.
Tliet snin ilu, l-Ażerbajġan kiseb lura partijiet ta’ Karabakh u l-madwar, iżda issa kien qed jesiġi li fil-kumplament l-etniċi jċedu wkoll kompletament.
Uffiċjali ta’ Karabakh qalu li s’issa nqatlu 32 persuna, fosthom seba’ persuni ċivili. Dan filwaqt li mal-200 oħra ndarbu.