Il-Prim Ministru Robert Abela se jkun qed jipparteċipa fit-tmienja u sebgħin sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda li qed tiltaqa’ din il-ġimgħa.
Fi stqarrija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru ntqal li fi New York, Dr Abela mhux biss se jindirizza l-Assemblea Ġenerali, iżda se jkollu wkoll sensiela ta’ laqgħat bilaterali u impenji.
It-tema magħżula għal din is-sena hi ‘Rebuilding trust and reigniting global solidarity: Accelerating action on the 2030 Agenda and its Sustainable Development Goals towards peace, prosperity, progress and sustainability for all’