Somalu ta’ 37 sena weġġa’ gravi wara li allegatament, ġie aggredit b’ħadida minn persuna li telqet minn fuq il-post.
Il-każ seħħ dalgħodu, u l-Pulizija ġiet infurmata għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħodu li kien hemm persuna mal-art fi Triq it-Tiġrija fil-Marsa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Is-Somalu ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.