“B’kunfidenza nista’ ngħid li s-sistema finanzjarja ta’ pajjiżna hi waħda b’saħħitha u wriet ir-reżiljenza tagħha waqt sfidi internazzjonali mingħajr preċedent, bil-pandemija globali u l-Gwerra fl-Ukrajna.”
Dan intqal mill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, il-Professur Edward Scicluna, waqt konferenza li fiha ġie ppreżentat ir-rapport dwar listabilità finanzjarja ta’ pajjiżna.
Qal, “Nista’ ngħid b’ċerta kunfindenza u r-rapport jixhdu, hu li s-sistema bankarja u anke finanzjarja f’pajjiżna kienet reżiljenti għax-xokkijiet li rajna dan l-aħħar, mhux biss il-COVID, rajna l-gwerra u t-theżżiża finanzjarja fl-Iżvizzera u fl-Amerka, riżultat taċ-ċaqliq tal-imgħaxijiet.”
Il-Professur Scicluna sostna li f’dan il-perjodu ta’ sfidi, l-inflazzjoni għolliet rasha, iżda l-għajnuna tal-Gvern biex iżomm il-prezzijiet talenerġija u l-fuel stabbli, għenet biex l-inflazzjoni f’pajjiżna hi ferm inqas mill-medja tal-Unjoni Ewropea.
F’dan ir-rapport ħareġ li l-livell kapitali jinsab b’saħħtu aktar mill-medja tal-Unjoni Ewropea, hekk kif l-irkupru kien wieħed b’saħħtu. Dan filwaqt li anke l-likwidità tal-banek baqgħet b’saħħitha, b’dan jgħin biex jilqa’ għax-xokkijiet.
Ħareġ ukoll li mhux il-banek biss huma b’saħħithom, iżda wkoll setturi, bħal tal-assigurazzjoni, jinsabu għaddejjin tajjeb.
Preżenti għall-konferenza kien hemm il-Ministru għall-Finanzi, Clyde Caruana, li qal li l-Unjoni Ewropea bħalissa qed tkun aktar deċiżiva minħabba l-kuntest internazzjonali.
Dan anke f’perjodu fejn jaf l-Unjoni Ewropea tara żieda fil-pajjiżi mseħbin sal-aħħar ta’ dan id-diċenju.
B’waħda minn dawn ir-riformi hi li se tkun iebsa ma’ dawk il-pajjiżi li ma jkunux mal-kriterji stabbiliti. B’dan se jfisser li l-pajjiżi kollha jkollhom ekonomija b’saħħitha, anke f’każ ta’ sfidi internazzjonali oħra.
Il-Ministru Caruana semma wkoll l-importanza tat-tkabbir ekonomiku waqt żminijiet ta’ sfidi. Sostna li l-pajjiż jinsab b’saħħtu, li m’hemmx għalfejn jiżdiedu t-taxxi.
Dan hekk kif ir-rata ta’ dejn meta mqabbel mal-Prodott Domestiku Gross hu inqas minn 60%, skont il-kriterji stabbiliti mill-Unjoni Ewropea.
F’kumment lil ONE News, il-Professur Edward Scicluna tkellem dwar ilbaġit għas-sena li se jiġi ppreżentat fit-30 ta’ Ottubru li ġej.
“Aħna qed noħolqu wkoll indikatur li jurina bil-quddiem, warning bilquddiem għal ċertu theżżiz, anke lokali ta’ ċiklu, li se jiġi ppreżentat f’dan il-launch. Jiġifieri l-baġit aħna wkoll nifluħ ħa naraw ir-riperkussjonijiet tiegħu u nkunu nistgħu nirrakkomandaw affarijiet u anke lill-Gvern, lill-IMF u l-istuzzjonijiet li l-interess tagħhom jaraw li l-ekonomija tagħna dejjem tmur ’il quddiem.